top of page

Għandi Pjaċir!

To read this blog post in English, please follow this link: Nice to meet you! (bellashuggables.com)


Hello! Jisimni Andrea u jien il-kreatriċi ta’ Bella’s Huggables. Niftakarni tifla zgħira għand in-nanna, dejjem għaddejja bil-labar tas-suf u il-ganċ. In-nanna kemm il-darba urietni, imma wara ftit dejjem spiċċajt tlift l-interess. F’Marzu 2020 twieldet it-tifla tiegħi u in-nanna ħadmitilha ħafna cardigans u kutri. Tant għoġobni ix-xogħol li ddecidejt li ridt bilfors naħdem xi ħaġa jien ukoll, allura erġajt sibt il-ftit ħajt tas suf li kelli jiġri mad-dar u bdejt naħdem mil-ġdid. Minn dakinhar, tgħallimt naħdem flokkijiet tas suf, brieret, xalel, ġugarelli tas-suf u xi aċċessorji oħra li ġejt mitluba naħdem lil xi ħbieb.


Bdejt nibni dan il-blog oriġinarjament bl-intenzjoni li forsi nbigħ xi erbgħa oġġetti żgħar, għalkemm l-għan oriġinali inbidel kemmxejn mil-2020. Meta bdejt nieħu aktar kunfidenza b’xogħoli, iddecidejt niftaħ paġna fuq Instagram u Facebook u min hemm bdejt naqsam xogħli ma nies oħra bl-istess delizzju. Darba minnhom kellmitni mara u talbitni ngħina tagħmel flokk u spjegatli li ma kinitx kapaċi ssegwi pattern bl-Ingliż. Kien f’dan il-mument li rrealizzajt li fil-verita qatt ma kont rajt patterns u proġetti miktubin bil-Malti.

Għaldaqstant, iddeċidejt li nibda naqleb il-patterns li ktibt bil-Malti u permezz ta’ dan il-blog se nkun nista naqsamhom magħkom.


Jekk tixtieq tibqa aġġornat/a fuq materjal ġdid,tista tikkrea kont (b'xejn) jew inkella segwina fuq il-paġni ta' Facebook u Instagram!

4 views0 comments

Recent Posts

See All

Nice to meet you!

Biex taqra l-artiklu bil-Malti, agħfas hawn: Għandi Pjaċir! (bellashuggables.com) Hey there! My name is Andrea and I am the owner and creator of Bella’s Huggables. I learnt how to knit and crochet at

bottom of page